“Int Uniku U Jien Kburi Immens” – MATT Blxck Lil Beppe Caruana Wara L-JESC

Matt Blxck

Matt Blxck, parti mit-tim tal-kanzunetta Blue Bird, li rrappreżentat lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest 2026, qasam messaġġ mill-qalb wara din l-esperjenza li ħalliet marka speċjali f’ħajtu.

Matt stqarr li għall-ewwel darba f’ħajtu sabha diffiċli jesprimi ruħu bil-kliem, tant kemm kien grat għal dak kollu li għex matul din is-sena. Huwa rringrazzja b’mod speċjali lil Beppe Caruana, li miegħu bena rabta speċjali matul dan il-vjaġġ, u qal li Beppe għenu jwettaq waħda mill-akbar ħolmiet tiegħu ta’ meta kien għadu tifel.

"Int uniku u jien kburi immens li ninsab parti mill-vjaġġ inkredibbli tiegħek, u li sirt naf lilek u lill-familja kollha tiegħek. Int stilla żgħira u nħobbok tassew minn qiegħ qalbi," jindirizza lil Beppe.

Matt wassal ukoll ringrazzjament lill-Public Broadcasting Services (PBS) Malta u lid-delegazzjoni Maltija kollha talli emmnu fil-viżjoni tagħhom u fil-kanzunetta Blue Bird, filwaqt li rrikonoxxa l-appoġġ li għamlu possibbli din l-esperjenza.

Jirringrazzja lil Muxu u Matthew James, kif ukoll lil Steven Levi Vella talli kienu parti mill-isforz biex tingħata ħajja lil Blue Bird bl-aħjar mod possibbli, flimkien ma’ Chloe Scicluna u t-tim kollu involut.

Għalih, l-isbaħ ħaġa kienet li l-maġija li ħassew huma fl-istudjo waqt li ħolqu l-kanzunetta ħassewha Malta u l-Ewropa kollha.

Il-messaġġ tiegħu ntemm b’dedikazzjoni mill-qalb lejn Matt iż-żgħir, li llum jista’ jgħidlu li l-ħolma li kellu saret realtà: irnexxielhom jaslu sal-Eurovision b’kanzunetta li ħoloq hu stess.

Prosit Matt u lit-tim kollu involut fil-vjaġġ ta' Blue Bird.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI