Mill-bidu nett ta' din l-edizzjoni tal-Junior Eurovision, l-Armenja kien wieħed mill-pajjiżi l-iżjed imsemmija li hu biċ-ċans li jirbaħ din is-sena. U hekk ġara! Il-pajjiż r-rebbieħ tal-JESC 2026 huwa l-Armenja.
Irrappreżentat lill-Armenja, Naré bil-kanzunetta allegruża BOO! Apparti li kellha interpretazzjoni tajba, kellha staging ikkulurit u mżewwaq b'viżwali u props li bla dubju kkumplimentaw il-kanzunetta.
Fit-tieni post ġie l-bravissimu Lucas Paulano minn Spanja bil-kanzunetta Cuore bello (te quiero, te quiero), waqt li fit-tielet post hemm Franza, irrappreżentata minn Alec bil-kanzunetta Comment tu vas?
Tistgħu terġgħu tisimgħu u ssegwu l-interpretazzjoni LIVE tal-Armenja fuq il-palk tal-JESC HAWN