Fi Tmiem Il-Ġimgħa D-Dieħla Niċċelebraw Il-Halloween U Ftit Wara L-Festa Tal-Mejtin Kollha

Fi tmiem din il-ġimgħa, proprju nhar is-Sibt li ġej, mijiet ta' miljuni minn madwar id-dinja jiċċelebraw il-Halloween li matul dawn l-aħħar snin sar popolari f'diversi pajjiżi, inkluż Malta.

F'dan il-jum, drawwa li bosta tfal jagħmlu flimkien mal-ġenituri tagħhom jew ma' ħbieb oħrajn hi li jmorru jħabbtu l-bibien tad-djar ta' familji oħrajn u jiġbru l-ħelu. Apparti minn hekk, f'dan il-jum isiru bosta festini u ċelebrazzjonijiet fejn jintlibsu kostumi assoċjati mat-tema ta' biża'.

Eżattament jumejn wara mbagħad, fit-2 ta' Novembru, jiġi ċċelebrat Jum l-Erwieħ Kollha fejn bosta Maltin imorru ċ-ċimiterju sabiex iżuru lil dawk għeżież tagħhom li sfortunatament m'għadhomx magħna.

Intant, dan iż-żmien tas-sena jservi bħala opportunità sabiex filwaqt li wieħed japprezza l-privileġġ li għandu li qed igawdu l-ġurnata tal-lum, fl-istess ħin iżomm f'moħħu l-memorja ta' dawk li ma kellhomx l-istess xorti u ħallew din id-dinja.

Hemm xi ħadd għażiż għalikom li m'għadux magħna u għalhekk tiftakru fih f'daż-żmien tas-sena?

Ritratt:

Facebook / Kappa Vision u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI