L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono Ospitat Lill-Komunità Rumena Ortodossa F’Malta

F’serata kulturali fil-Palazz ta’ Sant’Anton, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono ospitat lill-komunità Rumena Ortodossa f’Malta u l-Parroċċa ta’ San Ġwann il-Battista.

“L-attività, bit-tema “Queen Marie of Romania - Faith, Family and Identity: A Bridge between Romania and Malta”, saret taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta,  u kkommemorat il-140 sena mill-wasla tar-Reġina Marie tar-Rumanija f’Malta fl-1886,” inkiteb fuq il-paġna tal-Eċċellenza Tagħha.

“Permezz ta’ preżentazzjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż, immirati għat-tfal, kif ukoll ilbies u mużika tradizzjonali Rumena, ġew iċċelebrati l-valuri tal-familja, il-fidi, l-ospitalità, il-wirt kulturali u l-ħbiberija bejn Malta u r-Rumanija.”

Ritratt:

Facebook / Myriam Spiteri Debono

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI