“Grazzi Tal-Għajnuna Kbira Tagħkom Qabel U Wara L-Attività Żejt Iż-Żejtun” – Il-Kunsillier Luke Doublet

Cleans Malta

Il-kunsillier taż-Żejtun, Luke Doublet, esprima s-sodisfazzjon u l-apprezzament tiegħu lejn il-ħidma li saret mit-tim ta’ Clean Malta – Cleansing and Maintenance Division, hekk kif wettqu tindif fil-lokalità.

F’messaġġ li qasam fuq il-midja soċjali, Luke irringrazzja lil dawk kollha involuti għall-impenn u d-dedikazzjoni tagħhom biex iż-Żejtun jibqa’ nadif u miżmum tajjeb.

Huwa faħħar il-ħidma tal-ħaddiema li qed jagħtu sehemhom biex itejbu l-ambjent u l-indafa fit-toroq u fl-ispazji pubbliċi tal-lokalità.

"Grazzi tal-għajnuna kbira tagħkom qabel u wara l attivita Żejt iż-Żejtun! Ħdimna flimkien u nadaftu kollox! Bħala kunsillier responsabbli mill-indafa, nibqa’ naħdem b’qalbi kollha għal Żejtun aktar nadif u sabiħ."

B’messaġġ ċar ta’ inkoraġġiment, il-kunsillier temm billi ddikjara: “Flimkien għal Żejtun aħjar! Viva Żejtun!”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI