S’Issa T-Tbassir Tat-Temp Qed Jindika Li Tmiem Il-Ġimgħa Se Jkun Iddominat Mill-Ħalbiet Tax-Xita

It-tbassir tat-temp tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta qed jindika li tmiem din il-ġimgħa se jkun ikkaratterizzat fil-parti l-kbira tiegħu minn għadd ta' ħalbiet tax-xita; fil-fatt, hi mistennija x-xita nhar is-Sibt u l-Ħadd. Dan filwaqt li fil-jiem l-oħra mistenni jippersisti temp imsaħħab, iżda mingħajr xita.

Hekk kif ftit ġimgħat oħra f'pajjiżna tibda x-xitwa, matul dawn l-aħħar ġimgħat il-gżejjer Maltin bdew jiffaċjaw bidla gradwali fit-temp fejn wara tlett xhur ta' xemx qalila u sħana tremenda, it-temp beda jiffriska u l-possibbiltà tax-xita bdiet tiżdied sostanzjalment.

Ritratt:

Facebook / Malta Weather

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI