Bħalissa Bosta Jagħżlu Li Jżejnu D-Dar Għall-Halloween – X’Taħsbu Dwar Din Id-Drawwa?

Ninsabu biss erbat ijiem il-bogħod mill-ġurnata tal-Halloween li mijiet ta' miljuni minn madwar id-dinja jkunu qed jistennew bil-ħerqa. Anke f'pajjiżna din iċ-ċelebrazzjoni llum il-ġurnata saret pjuttost popolari tant li fit-toroq Maltin diġà wieħed jista' jara għadd ta' djar imżejna b'dekorazzjonijiet relatati mat-tema tal-biża' li hi ferm dominanti fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Halloween.

Il-Halloween jiġi ċċelebrat proprju nhar is-Sibt li ġej, fl-aħħar ġurnata t'Ottubru. F'din il-ġurnata ħafna huma dawk it-tfal li flimkien mal-ġenituri jew il-ħbieb tagħhom jagħżlu li jmorru jduru bieb bieb sabiex jiġbru l-ħelu jew inkella jnaqqxu xi qargħa ħamra biex joħolqu wċuħ tal-biża'.

F'dan il-jum jispikkaw ukoll xi festini fejn dawk li jattendu ħafna drabi jilbsu xi kostum tal-biża'.

Intom tiċċelebrawh il-Halloween?

Ritratt:

Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI