Id-Dipartiment tal-Informazzjoni kiteb dwar mekkaniżmu Malti li żgur ser iġib nostalġija lil xi wħud. Permezzt tal-avvanzi moderni, il-qniepen tad-djar saru jaħdmu bl-elettriku, iżda qabel din l-iskoperta, il-Maltin kienu sabu mod ieħor kif jaqdu din il-funzjoni.
Fuq il-paġna tad-DOI, kitbu, “Qabel il-qniepen elettriċi u l-intercoms, xi djar tradizzjonali Maltin kellhom katina maġenb il-bieb ta’ barra. Meta l-viżitatur jiġbidha, il-moviment kien iħaddem qanpiena mwaħħla fuq ġewwa tad-dar, biex min ikun ġewwa jisma’ li wasal xi ħadd. Sistema sempliċi u mekkanika li kienet tgħaqqad it-triq mad-dar — mingħajr elettriku, batteriji jew buttuni moderni.”
Żiedu jgħidu, “Jekk tiltaqa’ ma’ waħda waqt mixja f’raħal Malti, ħares lejha sew: mhix sempliċement biċċa metall antika, iżda tifkira ta’ kif in-nies kienu jikkomunikaw fil-ħajja ta’ kuljum.”
Hemm xi ħadd minnkom li jiftakar dawn it-tip ta’ qniepen?
Facebook / Dipartiment Tal-Informazzjoni