Il-komunità tal-Parroċċa Marija Annunzjata Ħal-Tarxien dalwaqt ser tkun qed tiċċelebra l-okkażjoni tal-pussess bħala Kappillan ta’ Kan. Dun Bernard Micallef. Permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, awgurawlu.
Kitbulu, “Il-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien tifraħ lil wieħed minn uliedha, il-Kan. Dun Bernard Micallef, fl-okkażjoni tal-pussess tiegħu bħala Kappillan tal-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata ta’ Ħal Balzan. Il-Quddiesa Solenni tal-Pussess se ssir nhar il-Ħadd, l-1 ta’ Novembru, fil-5:30pm, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Annunzjata, Ħal Balzan.”
Żiedu jgħidu, “Nitolbu lill-Mulej ibierek lil Dun Bernard fil-missjoni pastorali ġdida tiegħu, jagħtih il-għerf, il-qawwa u l-grazzja meħtieġa biex imexxi lill-komunità parrokkjali fdata f’idejh, u jkun għalihom ragħaj ta’ fidi, tama u mħabba. Awguri mill-qalb u kull barka f’dan il-kapitlu ġdid tal-ministeru saċerdotali tiegħu!”
Awguri!
Facebook / Parroċċa Marija Annunzjata Ħal Tarxien