Hekk kif qed jersqu dejjem aktar qrib iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Halloween, il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar qasmu fuq il-midja soċjali avviż relatat ma’ dan.
L-avviż qal “Il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar u l-Pulizija tal-Komunità qed jinformawkom biex tkunu viġilanti għall-bejgħ ta’ ċerti prodotti, bħal bajd u dqiq, matul il-perjodu ta’ Halloween.Dan minħabba l-fatt li fl-aħħar snin dawn il-prodotti ntużaw b’mod ħażin u r-residenti u l-proprjetà tagħhom sofrew ħsarat. Għalhekk inħeġġuk biex ma tbigħux prodotti lil persuni (speċjalment żgħażagħ) li normalment ma jixtrux dawn il-prodotti. Nirringrazzjawkom tal-koperazzjoni tagħkom sabiex inżommu l-komunità aktar sigura.”
Fil-kummenti bosta min-nies ikkumentaw dwar is-sitwazzjoni fejn kien hemm min anke rrefera għal pajjiżna bħala ‘redikolu.’