Argument li jqum ta’ kull sena huwa jekk il-Halloween hijiex festa li tiċċelebra l-ħażen jew ix-xitan. Kulħadd jinsab fil-libertà u kulħadd jista jagħżel li ma jiċċelebrax dil-festa, iżda l-fatt jibqa’ li l-aktar li jgawduha huma t-tfal, u persważ li ħadd minnhom ma qed jiċċelebraha b’intenzjonijiet ħżiena.
Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-kantant Ludwig Galea qasam xi ritratti tat-tfal jieħdu gost b’diċ-ċelebrazzjoni fejn qal ukoll, “Il-Halloween bħal karnival, ftit aktar tal-biża. Għal ħafna familji din hija ċelebrazzjoni divertenti, mhux ċelebrazzjoni tal-ħażen jew tax-xitan. Tati ċ-ċans lit-tfal inaqqxu xi qargħa ħamra, isajru xi ħelu, jilbsu xi kostum, imorru trick or treat, u jattendu xi festin ma’ sħabhom!”
Taqblu?