Clean Malta - Cleansing and Maintenance Division kitbet dwar il-ħidma kontinwa biex ikollna madwarna nadif u fl-ordni.
"Tkompli l-ħidma intensiva tad-Diviżjoni tal-Indafa u l-Manutenzjoni (CMD)! Il-ħaddiema tagħna qed ikomplu bil-ħidma tagħhom ta’ kuljum biex jaqtgħu l-ħaxix selvaġġ u jnaddfu diversi żoni f’lokalitajiet madwar pajjiżna."
Id-diviżjoni tkompli tikteb fuq il-midja soċjali, "B’impenn kontinwu, naħdmu biex inżommu l-ispazji pubbliċi aktar nodfa, siguri u miżmuma għall-benefiċċju ta’ kulħadd. Grazzi lill-ħaddiema kollha tagħna għad-dedikazzjoni u l-ħidma bla waqfien tagħhom! Flimkien għal Malta aktar nadifa u sabiħa!"
Prosit u Grazzi lil dawn il-ħaddiema!