“17-Il Sena Mingħajrek” – Il-Ministru Clint Camilleri B’Messaġġ Qasir F’Għeluq Is-Sbatax-Il Sena Mill-Mewt Ta’ Missieru

Hemm nuqqasijiet li ż-żmien ma jirnexxilux ifejjaq. Jgħaddu s-snin, il-ħajja tkompli għaddejja, iżda l-vojt ta’ persuna tant għal qalbek jibqa’ jinħass kuljum.

Ilbieraħ, il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri, fakkar il-memorja ta’ missieru b’messaġġ sempliċi iżda li jmiss il-qalb. “17-il sena mingħajrek. Insellimlek Pa’,” kiteb Clint, fi ftit kliem, iżda li fih jinħass kemm għadu jġorr lil missieru f’qalbu, minkejja li għaddew tant snin minn meta ħalliena.

Sbatax-il sena huwa żmien twil, iżda għal min tilef lil xi ħadd tant għażiż, il-memorji jibqgħu ħajjin. Tibqa’ x-xewqa li wieħed seta’ jerġa’ jkollu mument ieħor, kelma oħra jew sempliċement tgħanniqa oħra. Fil-verità bħalma ħafna jafu għax għaddew minn esperjenza simili, bħall-ġenituri ma ssib imkien għax omm jew missier ma jibqgħux biss fil-memorja, iżda jibqgħu parti minn dak li aħna, mill-valuri li għallmuna u mill-imħabba li ħallewlna.

It-Tim ta' Gwida, jsellimlu mill-qalb u jalla jistrieħ fis-sliem!

Ritratt:

Facebook/Clint Camilleri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI