“Il-Missjoni Tiegħi Hi Li Intom Temmnu Li Tistgħu Tagħmlu Kollox” – Roberta Metsola Titkellem Mal-Istudenti

Roberta Metsola, il-President tal-Parlament Ewropew, dan l-aħħar kienet qed iddur l-iskejjel Maltin u Għawdxin biex tiltaqa' mal-istudenti. Hi tkellmet dwar l-esperjenza tagħha.

Kitbet, "Wara li ltqajt ma' mijiet ta' bniet fi skejjel madwar Malta u Għawdex din il-ġimgħa, xi ħaġa waħda li se tibqa' miegħi hi li huma interessati. Huma għandhom il-mistoqsijiet, perspettivi, u jinesabu eċitati biex jinvolvu ruħhom u jġibu magħhom il-bidla. Il-messaġġ tiegħi lilhom dejjem kien biex jibqgħu jaqbżu għal dak li jemmnu fih u qatt ma jħallu lil ħadd jgħidilhom bil-kontra."

Hi ġabet ukoll filmat fejn tidher qed tgħid kelmtejn lil dawn it-tfajliet. "Il-missjoni tiegħi hi li intom temmnu li tistgħu tagħmlu kollox. Kunu qalbkom tajba. Tistgħu tkunu ambizzjuzi, ikollkom ħafna poter, responsabbilta`, kuraġġ biex tieħdu d-deċiżjonijiet, imma jekk ma tpoġġux lilkom infuskom fiż-żarbun ta' min qiegħed quddiemkom, m'intomx se tagħmlu xogħol tajjeb."

Nirringrazzjawha talli qed tispira tant bniet Maltin!

Ritratt:

Facebook / Roberta Metsola

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI