Ira Losco, il-kantanta Maltija li żgur m'għandha bżonn l-ebda introduzzjoni mall-qarrejja tal-gwida, illum fakkret l-ewwel anniversarju tal-kanzunetta tagħha 'Monster After Midnight' fejn kellha l-opportunita` tilbes ta' karattri assoċjati mal-festa tal-Halloween.
Hi spjegat, "Bħal-lum sena ilu ħriġt 'Monster After Midnight!' Kienet ilha ħolma tiegħi li nilbes bħala l-iktar nisa famużi tal-horror. Kienet vera diffiċli biex nagħżel min se nkun għal filmat ta' tliet minuti."
Żiedet tgħid li memorja oħra speċjali għaliha hi li t-tfal tagħha kellhom iċ-ċans jieħdu sehem f'dan il-filmat ukoll.
Kompliet tikteb, "Ma naħsibx li n-nies jindunaw kemm jidħol xogħol, ħin, u flus biex tipproduċi xi ħaġa bħal din... nibqa' naħdem biex nagħmel proġetti li nħossni kburija bihom."
Facebook / Ira Losco