Is-Sindku tal-Belt, Olaf McKay, spjega li qed jiżdiedu r-rondi tal-pulizija. Dan biex jiżgura li l-Belt Valletta tkun post sigur għal kulħadd.
Fuq il-paġna tiegħu kiteb, "Aktar rondi tal-Pulizija u l-community Police fil-Belt Valletta. Qed jiżdiedu r-rondi biex tiġi indirizzata l-imġiba, l-inkonvenjent pubbliku u abbużi oħra li jaffettwaw lir-residenti u lill-viżitaturi tagħna. Nappella lil kulħadd biex ikun responsabbli, josserva r-regoli u fuq kollox jirrispetta lill-Pulizija, lir-residenti u lill-komunità tagħna. Grazzi lill-Korp tal-Pulizija għall-ħidma kontinwa. Flimkien inkomplu naħdmu għal Belt Valletta aktar sigura għal kulħadd."
Nirringrazzjawhom mill-qalb għall-ħidma tagħhom.
Facebook / Olaf McKay