Hekk malli lbieraħ waslet fi tmiemha l-ġurnata tal-Halloween, għadd ta' familji Maltin daħlu fil-pront fl-ispirtu tal-Milied hekk kif bdiet l-istennija għall-25 ta' Diċembru.
Fuq il-midja soċjali tqanqal dibattitu dwar jekk għadux kmieni wisq sabiex wieħed jibda jżejjen daru għal dan iż-żmien tas-sena billi għad fadal ftit inqas minn xahrejn għall-ġurnata tant mistennija tal-Milied.
Bosta huma dawk li jippreferu jaħsbulu minn qabel sabiex jibdew iżejnu darhom għall-Milied ħalli b'hekk igawdu għal tul ta' żmien l-atmosfera ta' ferħ, ċelebrazzjoni u għaqda li l-jiem tal-Milied iġibu magħhom.
Intom taħsbu li għadu kmieni sabiex wieħed jibda jżejjen id-dar għall-Milied?
Pexels