L-Ewwel Ġimgħa Ta’ Novembru Mistennija Ġġib Magħha Xita U Riħ Qawwi

Ix-xahar ta' Novembru fetaħ b'għodwa tipika xitwija, hekk kif ix-xita bdiet nieżla ġmielha fis-sigħat bikrin tal-lum. Sadanittant, diversi bassara tat-temp qed ibassru li kundizzjonijiet simili se jkomplu jippersistu matul l-ewwel ġimgħa tax-xahar.

Fil-fatt, l-Uffiċju Meteroloġiku ta' Malta qed jantiċipaw li kważi kuljum matul din il-ġimgħa mistennija tagħmel xi ħalba xita.

Dan filwaqt li s-sit 'Aġġornament tat-Temp' qed ibassar ukoll li fl-ewwel jumejn tal-ġimgħa, jiġifieri bejn it-Tnejn u t-Tlieta, ir-riħ se jitqawwa xi ftit u jilħaq il-forza 7.

Matul dawn il-ġranet it-temperatura medja mistennija tkun dik ta' 20°C.

Ritratt:

Facebook / Malta, News, Photos & People

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI