Dalgħodu bosta awguraw l-isbaħ xewqat lill-istoriku u preżentatur Mario Coleiro li llum il-ġurnata mhux l-ewwel darba narawh jippreżenta xi programm fejn fih jirrakkonta parti mill-istorja ta' pajjiżna.
Mario kien sar wiċċ familjari ma' eluf ta' Maltin meta għal bosta snin kull nhar ta' Ħadd kien wieħed mill-preżentaturi tal-programm ta' popolarità kbira 'Ħadd Għalik'.
L-irwol tiegħu kien ikun proprju li jgħodd il-punti li l-mistiedna jakkumulaw matul l-andament tal-programm bil-logħob li kien isir, u għal xi żmien kellu wkoll rokna fejn fiha jirrimarka xi fatti interessanti dwar l-istorja ta' Malta.
Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Mario f'għeluq sninu.
Facebook / Kumitat Festi Esterni Santa Venera u Niskata