Għada huwa Jum il-Mejtin Kollha; ġurnata fejn bosta familji Maltin jieħdu l-opportunità sabiex imorru ċ-ċimiterju ħalli jżuru lil dawk għeżież tagħhom li sfortunatament m'għadhomx magħna.
Dan il-jum jgħin sabiex filwaqt li wieħed japprezza lil dawk qrib tiegħu li għadhom fostna, fl-istess ħin jiftakar ukoll f'dawk li sfortunatament ma kellhomx l-istess xorti u ħallew din id-dinja.
F'dan iż-żmien tas-sena, f'pajjiżna jinbigħ ukoll il-ħelu tradizzjonali magħruf bħala l-għadam tal-mejtin li bosta jkunu qed jistennew b'ħerqa sena wara l-oħra sabiex iduqu.
Hekk kif tintemm din il-ġurnata tibda fil-pront l-istennija għall-Milied li hu żmien tas-sena li eluf ta' Maltin ikunu qed jistennew b'sens kbir ta' ferħ u entużjażmu.
Jistrieħu fis-sliem dawk kollha li sfortunatament m'għadhomx fostna.
Pexels