Il-kantawtriċi lokali Alexandra Alden ser tkun qed ittella’ tour fl-Ewropa, li ser ikun jibda minn nhar il-Ġimgħa li ġej, 6 ta' Novembru.
Għal tnejn mill-ħames spettakli ta’ Alexandra, f’Rotterdam u f’Cologne, diġa ttieħdu l-biljetti kollha. Fadal biljetti għal Pariġi, Amsterdam u Breda.
Skont Alexandra din is-sensiela speċjali ta’ wirjiet hi appoġġjata mill-Kunsill Malti tal-Arti. Xi wirjiet se jkunu jinkludu l-band sħiħa jew bħala duo/trio.
Dan it-tour qed jappoġġja t-tnedija tal-album tagħha bit-titlu When Is It Too Late? li ħareġ fl-aħħar tal-2025, li fih anke l-kanzunetta li ġiet skwalifikata mill-Eurovision 2025, Magnolia.
Nawguraw mill-qalb lil Alexandra!