Rapporti Jsemmu Li R-Renju Unit Jaf Qed Jippjana Referendum Biex Jerġa’ Jidħol Fl-Unjoni Ewropea

Rapporti ġodda li ħareġ is-sit internazzjonali Daily Mail qed isemmu li fost il-politiċi Brittaniċi hemm suspett li l-gvern tar-Renju Unit jaf qiegħed fil-proċess li jippjana referendum sabiex il-pajjiż jerġa' jsir membru tal-Unjoni Ewropea.

Is-sit Politico semma wkoll kif l-Unjoni Ewropea jaf tkun lesta li tħalli lir-Renju Unit jerġa' jsir membru mingħajr il-ħtieġa li jaddotta l-munita Ewro jew isir parti miż-żona Schengen.

Intant, skont sondaġġ li sar dan l-aħħar jirriżulta li 56% tal-poplu Brittaniku jixtieq li l-pajjiż jerġa' jidħol fl-Unjoni Ewropea.

Intom x'taħsbu dwar il-possibbilta li r-Renju Unit jerġa' jsir parti mill-Unjoni Ewropea?

Ritratt:

Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI