“‘Tal-Petut – The Private Dining Concept’ Se Jagħlaq Il-Bibien Tiegħu B’Mod Permanenti Nhar Is-Sibt”

Tal-Petut

Fuq il-paġna uffiċjali tagħhom Tal-Petut – The Private Dining Concept ħabbru li ser ikunu qed jagħlqu l-bibien tagħhom. Bla dubju din kienet xi ħaġa li bosta nies ma xtaqux jisimgħu.

"Kważi għoxrin sena ilu, bdejna vjaġġ mingħajr ma konna nafu fejn kien se jwassalna. Dak li beda ħafna qabel ma ftaħna l-bibien tagħna għall-ewwel darba fl-2009, żviluppa f’xi ħaġa li qabżet bil-bosta kull ma stajna immaġinajna. Issa wasal iż-żmien li nagħlqu dan il-kapitlu. Tal-Petut – The Private Dining Concept se jagħlaq il-bibien tiegħu b’mod permanenti nhar is-Sibt, 7 ta’ Novembru 2026."

Dan hu pass li ċertament mhux qed jieħduh faċilment, hekk kif dan ir-ristorant sar parti kbira mill-familja tagħhom. Tal-Petut laqa' għandu ħafna avvenimenti speċjali bħal għeluq snin, tiġijiet, anniversarji u aktar.

Jgħaddi kemm jgħaddi żmien ħa jibqgħu jgħożżu n-nies li ltaqgħu magħhom u l-esperjenzi li għaddew minnhom, li huma tant prezzjużi għalihom.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI