“It-Temp Illum Ftit Imsaħħab B’Waqtiet Xemxin B’Xi Ħalba Xita Iżolata” – It-Temp Madwarna

temp f'Malta

Il-paġna It-Temp Madwarna qed tbassar li t-temp illum se jkun ftit imsaħħab b’waqtiet xemxin, filwaqt li fil-bidu tal-ġurnata jista’ jkun hemm xi ħalba iżolata ta’ xita residwa.

Ir-riħ mill-Punent Majjistru (WNW), li fil-bidu se jkun qawwi bejn Forza 5 u 6, mistenni jonqos gradwalment u jsir moderat sa filgħaxija. Il-probabbiltà ta’ riħ qawwi hija ta’ 95 fil-mija, filwaqt li dik tax-xita hija ta’ 65 fil-mija.

Intant, il-baħar mistenni jkun qawwi ħafna qabel ma jsir qawwi, b’imbatt baxx mill-Majjistral, u għalhekk hemm bżonn ta’ kawtela minħabba l-kundizzjonijiet marittimi.

L-ogħla temperatura mistennija tilħaq il-21 grad Celsius, filwaqt li matul il-lejl tinżel għal 14-il grad. L-indiċi UV se jkun ta’ 4.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI