Tħalli Din Id-Dinja Mari Bartolo Li Kienet Parti Mill-Kor Tal-Knisja Ta’ Ġieżu Kif Ukoll Voluntiera

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Arcikonfraternita tas-SSmu Kurcifiss sellmu l-memorja ta’ Mari Bartolo li ħalliet din id-dinja riċentament.

Huma qalu, “Hekk kif ilbieraħ fakkarna jum il-mejtin kollha, b'dieqa rċevejna l-aħbar li l-Mulej sejjaħ għal għandu lil Mari Bartolo. Mari, li hi omm l-eks Rettur tal-Arcikonfraternita tas-SSmu Kurcifiss Joseph Bartolo, kienet għal bosta snin parti mill-kor tal-knisja ta' Ġieżu u kienet ukoll tieħu ħsieb b'għożża il-kostumi tal-Kavallieri ta' Sant' Antnin li għadhom sal-lum jieħu sehem fil-purċissjonijiet tad-Duluri u tal-Gimgħa l-Kbira fil-Belt Valletta.”

Tistrieħ fis-sliem.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI