Il-Cancer Research and Innovation Hub Malta (CRIHM) qed jorganizza seminar b’xejn għall-pubbliku ddedikat għas-saħħa tal-irġiel, bħala parti mill-kampanja nazzjonali SHOW YOUR FACE FOR CANCER RESEARCH.
Is-seminar, li se jsir bil-Malti, se jiffoka fuq l-għarfien dwar il-kanċer tal-prostata, tat-testikoli u tal-musrana, kif nagħrfu s-sinjali ta’ twissija u l-importanza li nfittxu parir mediku fil-ħin.
Professjonisti tas-saħħa u kelliema oħra se jiddiskutu wkoll is-saħħa mentali u emozzjonali, l-appoġġ disponibbli u l-importanza li negħlbu l-mistħija jew il-biża’ li xi drabi jwaqqfu lill-irġiel milli jitkellmu dwar saħħithom.
Matul l-attività se tingħata wkoll informazzjoni dwar ir-riċerka importanti fil-qasam tal-kanċer li qed issir f’Malta.
- Data: L-Erbgħa, 4 ta’ Novembru 2026
- Post: L-Università Amerikana ta’ Malta (AUM), Bormla
- Ħin: Mid-9:00 sa 12:30
Saħħtek importanti! Ingħaqad magħna, tgħallem aktar u għin biex inżidu l-għarfien dwar is-saħħa tal-irġiel!