Blake, li s-sena li għaddiet kien parteċipant fil programm HazZzard, ta sorpriża mill-isbaħ lil waħda mill-aktar persuni importanti f’ħajtu: ommu.
Blake spjega kif ilbieraħ għamel tpinġija ta’ wiċċ ommu, iżda din id-darba kien hemm sorpriża speċjali, hekk kif hi ma kellhiex idea li kien se jkollu wiċċha.
Blake spjega wkoll li s-sena li għaddiet, waqt il-parteċipazzjoni tiegħu f’HazZzard, kien tkellem diversi drabi dwar l-imħabba kbira li għandu lejn ommu u n-nanna tiegħu.
Interessanti wkoll li Blake qal li fil-ġimgħat li ġejjin għandu pjan ieħor speċjali: li jagħmel tpinġija ta’ wiċċ in-nanna tiegħu wkoll!
Ġest li juri kemm dawn iż-żewġ nisa għandhom post importanti f’qalbu. Prosit xi ġmiel!
Facebook/ Blake Grech