Erbatax-il sena wara l-mewt traġika ta’ Dun René Cilia, il-memorja tiegħu tibqa' ħajja fost dawk li kellhom ix-xorti li jsiru jafuh.
Permezz ta’ messaġġ fuq Facebook, Etienne Schembri fakkar il-ġrajja traġika ta' nhar l-4 ta’ Novembru 2012, meta grupp ta’ nies li kienu qed jistennew il-quddiesa ta’ filgħodu fil-Knisja ta’ Santa Marija tal-Ħlas, fiż-Żejtun, baqgħu mingħajrha. Schembri ddeskriva lil Dun René bħala “s-saċerdot tat-tbissima” u fakkar kif il-qassis li kellu jqaddes fis-sebgħa ta’ filgħodu kien tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku. Huwa temm il-messaġġ tiegħu bil-kliem: “Strieħ fis-sliem għażiż Dun René.”
Dun René Cilia, li kellu 27 sena u kien minn Ħal Qormi, miet fl-4 ta’ Novembru 2012 wara inċident fi Triq Tal-Barrani, waqt li kien fi triqtu lejn iż-Żejtun biex iqaddes. Dak iż-żmien kien iservi fil-komunità Żejtunija u kien magħruf ukoll għall-ħidma tiegħu maż-żgħażagħ.
Lil hinn mill-ħidma pastorali tiegħu, Dun René kellu mħabba kbira lejn il-kitba. Fl-2010 kien ippubblika r-rumanz għaż-żgħażagħ “Is-Saltna tal-Ħamsin” u kien attiv ukoll fl-użu tal-mezzi diġitali biex iwassal messaġġi ta’ kuraġġ.
Insellmu l-memorja tiegħu.
Facebook/ Etienne Schembri