Bħal leħħa ta' berqa wasal ukoll il-jum li fih Brillanti Juniors iniedi stadju importanti f'dan il-vjaġġ uniku għal dawn l-artisti - IL-KWARTI TAL-FINALI!
Ħamsa u għoxrin tifel u tifla għaddew għal dan l-istadju u għalhekk minn mijiet ta' applikanti t-tfal tagħna tnaqqru għal 25 biss!
U l-isfida ta' din il-ġimgħa nżammet mistura minn Joseph Chetcuti u t-tim abbli tiegħu ta' Brillanti Juniors, u għalhekk ser tkun sorpriża għat-tfal tagħna hekk kif dawn il-25 tifel u tifla jaslu ġewwa Dar il-Mediterran Għall-Konfernzi (MCC).

Iva, ser tkun l-isfida li ser jaffaċċjaw. Min ser jegħlibha u jgħaddi għall-fażi li jmiss?
Fi kliem Joseph Chetcuti stess "Din hija sfida li permezz tagħha jista' jiġri minn kollox - però ħaġa waħda hi ċerta - hi sfida li permezz tagħha l-membri bravi tal-ġurija tagħna ser jaslu weħidhom għal min minn dawn it-tfal tagħna jħaddan tassew il-Brillanti fih innifsu!"
L-għadma hija waħda iebsa għal Matt Blxck, Miriana Conte u Dianne Pilkington din il-ġimgħa u dan għaliex huma ħafna mill-kwarti tal-finalisti tagħna li huma bravi u għandhom talent!
Xi sfida hemm lesta għall-kwartifinalisti? Inkunu nafu flimkien illejla fit-20:30 dejjem fuq ONE!