Waqt ir-raba' staġun ta' MasterChef Malta l-vjaġġ għaddej ġmielu, u bdejna naraw il-kapaċitajiet tal-parteċipanti ta' din is-sena. Parti mill-programm iżda twassal lil xi ħadd mill-parteċipanti biex jiġi eliminat. Ilbieraħ kien imiss lil Ben.
"Il-vjaġġ ta’ Ben f’MasterChef Malta jasal fi tmiemu. Mhux ir-riżultat li kien qed jittama, iżda se jħalli l-kċina b’rasu mgħollija. Grazzi, Ben, u l-isbaħ xewqat għal dak kollu li ġej!"
Bosta kkummentawlu fil-post ta' Facebook li xerrdu MasterChef Malta. Nawguraw lil Ben kull suċċess fil-futur!