Fil-jiem riċenti, l-Ombudsman iċċara li l-fatt li billi wieħed iħalli n-numru tal-mowbajl tiegħu fuq il-windscreen tal-vettura, dan ma jagħtihx permess jipparkja quddiem garaxx.
Hu ddikjara dan wara li rċieva ilment mingħand persuna li għandha garaxx f'Santa Venera. Din esprimiet il-frustrazzjoni tagħha wara li, b'mod ripetut, persuni li kienu qed iżuru l-lokalità minħabba stabbiliment partikolari kif ukoll residenti oħra tal-inħawi, kienu qed jipparkjaw quddiem il-garaxx tagħha.
Din il-persuna spjegat li, minħabba f'hekk, f'diversi okkażjonijiet kien ikollha tfittex lis-sid tal-vettura hi stess jew inkella tistenna għal ħin twil sakemm jasal.
ChatGPT