L-Għaqda Mużikali Madonna tad-Duttrina Ħal Tarxien, sellmet il-memorja tal-Patri Adrijanu permezz ta’ messaġġ ta’ niket fuq il-paġna uffiċjali tagħha.
Kitbu, “Il-Kumitat u l-membri kollha tal-Għaqda Mużikali Madonna tad-Duttrina isellmu l-memorja għażiża ta’ Rev. Adriano Cachia, li llum għadda għall-ħajja ta’ dejjem. Patri Adrijanu kien ferm aktar minn Direttur Spiritwali u President Onorarju tas-Soċjetà tagħna. Kien benefattur kbir, ħabib sinċier u persuna li ħalliet marka fl-istorja tal-Għaqda tagħna. L-imħabba tiegħu lejn il-Madonna tad-Duttrina u d-dedikazzjoni tiegħu lejn is-Soċjetà tagħna jibqgħu għal dejjem imnaqqxa f’qalbna.”
Żiedu jgħidu, “F’dan il-mument ta’ niket, noffru l-kondoljanzi lil familjari tiegħu. Grazzi ta’ kollox, Patri Adrijanu. Il-Madonna tad-Duttrina, li tant ħabbejt tul ħajtek, tilqgħek taħt il-mant tagħha u twasslek fi ħdan Binha Ġesù.”
Jistrieħ fis-sliem u l-paċi. Il-memorja tiegħu tibqa’ fi qlubna għal dejjem.
Facebook / Għaqda Mużikali Madonna Tad-Duttrina – Ħal Tarxien