S’issa għad ma hemm xejn uffiċjali, iżda hemm ċans kbir li l-attur Robert Pattinson jaf huwa l-James Bond il-ġdid. Dan hekk kif l-attur ntlemah jagħmel screen tests f’Londra propju għal dan l-irwol ikoniku.
Dan l-aħħar ħarġet l-aħbar ukoll li Callum Turner, Jack Lowden, Josh O’Connor u Nicholas Hoult huma l-aktar atturi fiċ-ċans li jiġu magħżula bħala l-Bond il-ġdid.
Id-direttur li se jieħu ħsieb il-proġetti ġodda ta’ James Bond huwa Denis Villeneuve, li dderieġa Dune: Part Three - u fih jieħu sehem ukoll Robert Pattinson. Jekk Pattinson jiġi magħżul, hu se jkun fost l-aktar atturi b’karattri ikoniċi.