Għadu Kif Seħħ Inċident Serju F’Baħar Iċ-Ċagħaq… Il-Pubbliku Mħeġġeġ Jevita Jmur L-Emerġenza Jekk Mhux Veru Għall-Bżonn

Matul dawn l-aħħar minuti, l-Isptar Mater Dei ħareġ stqarrija fuq il-midja soċjali fejn fiha ħeġġeġ lill-pubbliku sabiex jevita li jmur fis-sezzjoni tal-Emerġenza jekk mhux verament għall-bżonn.

Dan hekk kif bħalissa l-isptar jinsab impenjat ferm jassisti f'inċident serju li sfortunatament għadu kif seħħ f'Baħar iċ-Ċagħaq.

Filwaqt li appella għall-koperazzjoni tal-pubbliku, l-isptar tenna li b'hekk ir-riżorsi jistgħu "jibqgħu disponibbli għal min l-aktar għandu bżonnhom".

Inżommu fi ħsiebna lill-persuni involuti f'dan l-inċident.

Ritratt:

Wikipedia / Mater Dei

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI