“Dan Hu Attakk Fuq L-Arti!” – Ivvandalizzat Poster Ta’ Pantomima Fid-Daħla Tal-Belt Valletta

Poster li tqiegħed fid-daħla tal-Belt Valletta sabiex jippromwovi pantomima li mistennija ssir fiż-żminijiet tal-Milied ġie vvandalizzat.

L-attur komiku Rodney Gauci li se jkollu rwol ewlieni f'din il-pantomima ddeskriva dan bħala "attakk fuq l-arti", hekk kif irrefera għas-sigħat twal u d-dedikazzjoni liema bħalha li juru d-diversi persuni li jinvolvu rwieħhom sabiex tittella' pantomima b'suċċess.

Rodney saħaq li l-poster ma setax tqatta' minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp jew aċċidentalment, u għalhekk tenna li jidher ċar li dan tqatta' intenzjonalment.

Il-komiku lokali kkundanna dan l-att filwaqt li ddikjara li għamel rapport ukoll lill-Pulizija.

Fl-istqarrija li ħareġ temm jisħaq li l-persuni li tant ħadmu sabiex f'Diċembru jkunu jistgħu jtellgħu din il-pantomima mhumiex se jiġu skoraġġuti u għalhekk l-ispettaklu se jkun qed jittella' xorta waħda.

Dan l-att ta' vandaliżmu ġab il-kundanna ta' bosta oħrajn fuq il-midja soċjali.

Ritratt:

Instagram / Rodney Gauci

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI