Kelb Mitfugħ Ġo Garaxx Waħdu – X’Qalb Jista’ Jkollok Biex Tasal Tagħmel Hekk?

Hemm affarijiet li diffiċli tifhimhom, u waħda minnhom hija kif xi ħadd jista’ jittratta annimal b'mpd kattiv u li jġiblek qalbek ġunġliena meta tisma' bih.

Il-paġna Vuċi għall-Annimali appellat, għall-għajnuna wara li kelb instab abbandunat, ġo garaxx magħluq. Skont dak li ġie rrappurtat, mill-filmati jidher li għall-ħabta tal-11pm, żewġ ġuvintur u żewġ tfajliet marru fuq il-post u ħallew lill-kelb hemmhekk.

Il-paġna appellat ukoll, biex minn għandu xi informazzjoni dwar sidu jew inkella kull jagħraf il-garaxx, għandu jitkellem mill-aktar fis possibbli biex jgħin jinstab min hu responsabbli. Aktar tard, waslet ukoll aħbar importanti: is-sid ġie kkuntattjat mill-Animal Welfare u l-kelb ittieħed f’post sigur sakemm ikunu qed isiru l-arranġamenti meħtieġa.

Fl-aħħar, il-messaġġ hu, li annimal ma jistħoqqlux jiġi abbandunat jew ittrattat bħala oġġett li wieħed jista’ jeħles minnu meta jrid għax annimal jafda fil-bniedem, u dik il-fiduċja jistħoqqilha rispett, u mhux tradiment.

Ritratt:

Facebook/Vuċi għall-Annimali

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI