It-tradizzjoni tal-Happy Hour kif nafuha llum, bdiet matul il-jiem bikrija tal-gwerra Messikana-Amerikana. Dan il-kunċett imur tajjeb ħafna ma' dawk li l-hena tagħhom jiltaqgħu għal xi drink jew tnejn, wara x-xogħol, fi tmiem il-ġimgħa jew qabel xi party.
Bla dubju hi idea ġenjali li meta tixtri xarba ħa jkollok oħra bħalha b'xejn. Normalment din il-famuża Happy Hour tkun f'ħinijiet partikolari, ristorant ivarja minn ieħor.
In-Navy tal-Istati Uniti ħolqot it-terminu fil-bidu tas-seklu 20, madwar l-1913, biex tirreferi għal perjodu skedat ta' attivitajiet divertenti għall-baħrin.
Ilek ma' tgawdi minn xi Happy Hour riċentament?