Il-Ministru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali Malcolm Paul Agius Galea kiteb messaġġ iddedikat għall-għażiża martu, Juanita, hekk kif illum qed tiċċelebra għeluq sninha.
Hu kiteb, "Minkejja li int l-iktar persuna li tisfida ħsibijieti u tikkritikani għall-ġid, xorta naf li mbagħad, jiġri x’jiġri, int se tibqa’ soda maġenbi. U l-istess jien. Grazzi ta’ kollox. Mingħandna l-erbgħa li ngħixu miegħek kuljum u li nħobbuk bla qies. Awguri Juanita!"
Qasam anke ritratt flimkien magħha għall-okkażjoni. Awguri Juanita!