Ben Caruana Rizzo Jinsab Fi Stat Stabbli, Filwaqt Li Daniel Buttigieg M’Għadux F’Koma

David Buttigieg

Jidher li Ben Caruana Rizzo, ta’ 14-il sena, jinsab f’kundizzjoni stabbli, waqt li fadallu x'jirkupra. It-tifel weġġa’ serjament meta d-dgħajsa li kien fuqha ħabtet ma’ sikka tal-blat.

Fl-istess inċident weġġa’ wkoll Daniel Buttigieg, ta’ 44 sena, li għadu rikoverat fl-Isptar Mater Dei. Madankollu, Times of Malta rrappurtat li skont informazzjoni maqsuma minn ħbieb tiegħu fuq il-midja soċjali, huwa ħareġ mill-koma.

Sfortunatament, l-inċident ħalla wkoll vittma fatali. Keith Caruana, ta’ 48 sena, missier Ben, tilef ħajtu kawża tal-ġrieħi li sofra f’din it-traġedja.

L-inċident ħalla lill-familja u lil dawk qrib il-persuni involuti f’mumenti diffiċli.

Nawguraw lil Ben u lil Daniel fejqan ta’ malajr u nkomplu nżommuhom kif ukoll lill-familji u ħbieb tagħhom, fi ħsibijietna.

Ritratt:

Facebook/ Dorian Zammit

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI