Statwa Tal-Papa Leo XIV Twila 14-Il Metru Tiġi Żvelata Fil-Peru

Il-Papa bħalissa qiegħed idur l-Amerika t’Isfel. Statwa ġkanteska ta’ erbatax-il metru tal-Papa Leo XIV għadha kif ġiet żvelata f’Callao, l-Peru, bħala parti mill-preparamenti biex jiġi l-Papa nnifsu f’pajjiżhom nhar l-Erbgħa li ġej. Din l-istatwa saret minn artisti ġejjin mill-Peru stess, u tlestiet f’45 jum biss.

Dan il-monument huwa l-itwal statwa ta’ Papa li teżisti fid-dinja. F’din l-istatwa, il-Papa jidher b’idejh miftuħin u għandu ħarsa kalma ta’ paċi fuq wiċċu. Minkejja li l-Papa twieled fl-Istati Uniti, hu qatta’ madwar għoxrin sena minn ħajtu l-Peru u għalhekk dan il-pajjiż għandu sinifikat kbir għalih.

F’diversi ritratti ppubblikati, jidhru mijiet ta’ nies imdawwrin mal-istatwa meraviljuża jammirawha.

Ritratt:

Facebook / Calypso Radio 101.8

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI