L-SPCA ta’ Għawdex qed jappellaw biex tinstab dar għal Kobi, kelb imdaħħal fiż-żmien li qed ifittex li jqatta’ l-aħħar ftit snin ta’ ħajtu ‘l barra mis-santwarju.
Huma kitbu, “Għidu ħellow lil Kobi, l-iktar resident riċenti tagħna lest għall-adozzjoni. Hu għandu sittax-il sena u l-viżjoni u smigħ tiegħu huma limitati. Ma tantx jista’ jimxi. Kobi hu mans u tista’ tiġbru. Idealment appartament fl-ewwel sular u b’xi bitħa żgħira. Hu poodle u Yorkshire terrier imħallat. Għandu bżonn biss dar għax-xhur jew snin li baqagħlu, u mhux li jibqa’ f’santwarju għax sidu kellu jidħol f’dar tal-anzjani. Jekk jogħġobkom ibgħatulna messaġġ jekk taħsbu li tistgħu toffrulu dar.”
Tistgħu tiftħu qlubkom għal Kobi?