Federazzjoni Kaccaturi Nassaba Konservazzjonisti ħabbru li se jkunu qed jorganizzaw irkant sieket (silent auction) b’risq Puttinu Cares.
Huma qalu, “Il-FKNK ser torganizza Silent Auction għal arloġġ uniku tal-Lira, b'artiġjanat lokali bil-pittura tal-Gallina (Scolopax Rusticola). Id-dħul kollu ta' din is-Silent Auction imur b’risq Puttinu Cares. L-offerti jiftħu fil-15 ta’ Novembru u jagħlqu fid-29 ta’ Novembru 2026, f’nofs il-lejl. Il-prezz ta’ riserva huwa ta’ €1,500.”
Żiedu, “Dawk interessati jistgħu jibagħtu l-offerta tagħhom permezz ta’:
Posta: Dar il-Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti, 138, Conception street, Imsida. MSD 1831
PO Box: FKNK, P.O. Box 26, Sliema, SLM 1055
Email: [email protected]
Flimkien mal-offerta tagħkom, jekk jogħġobkom inkludu isimkom u n-numru tat-telefon biex inkunu nistgħu nikkuntattjawkom.
L-offerti kollha ser jiġu evalwati wara d-29 ta’ Novembru, ladarba jagħlaq il-perjodu tas-Silent Auction.
Ipparteċipaw u għinu biex flimkien nagħmlu differenza fil-ħajja ta’ dawk li għandhom bżonn l-appoġġ tagħna!”