L-attur Ingliż Robert Pattinson se jkun il-wiċċ il-ġdid tal-aġent sigriet leġġendarju James Bond, magħruf ukoll bħala 007.
L-aħbar tħabbret uffiċjalment illum, 16 ta’ Novembru 2026, u b’hekk Pattinson se jkun qed jieħu post Daniel Craig, li interpreta lil dan il-karattru f’ħames films, bl-aħħar wieħed ikun No Time to Die fl-2021.
Robert, li kiseb fama internazzjonali permezz tas-sensiela Twilight u aktar tard interpreta lil Batman, issa għandu quddiemu wieħed mill-aktar irwoli prestiġjużi fiċ-ċinema.
Il-film il-ġdid ta’ James Bond se jkun taħt id-direzzjoni ta’ Denis Villeneuve, magħruf għall-films Dune u Arrival, filwaqt li l-iskript se jkun miktub minn Steven Knight, il-kreatur tas-sensiela popolari Peaky Blinders.
Madwar 20 sena ilu b'kumbinazzjoni ħareġ James Bond 007 Royale b'Daniel Craig fl-irwol. Ħerqana għall-kapitlu li jmiss ta' 007?!