Riċentament, it-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena rebħu kontra Palermo Primavera f’logħba ta’ ħbiberija. L-ARGUMENT tkellmu dwar dan permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom.
Huma qalu, “Bidu mill-aqwa għat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena taħt it-tmexxija tal-kowċ Gilbert Agius! It-tim nazzjonali Malti U21 kiseb rebħa ta’ 2-0 kontra Palermo Primavera f’partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet aktar kmieni llum fiċ-Ċentinarju Stadium, wara wirja pożittiva ferm.”
Żiedu, “ Lechlan Sattout u Thomas Melillo kienu l-awturi tal-gowls li taw din ir-rebħa lill-Maltin. Iż-żewġ timijiet se jerġgħu jiltaqgħu f’partita oħra ta’ ħbiberija matul il-ġimgħa d-dieħla.”
Malta Football Association – 1900