Il-preżentatur lokali Karl Bonaci ddedika kelmtejn lil ommu, li ħallietna bħal-lum sena ilu.
Hu kitbilha, “Sena ilu ħallejtna, Ma, imma ma tgħaddix ġurnata waħda li ma naħsbux fik. Inħares lejn dan ir-ritratt sabiħ tiegħi, ta’ marti Romina, u inti, iġibli memorji wisq prezzjużi. Kemm nixtieq nerġa’ ngħannqek darb’ oħra, nisma’ leħnek, nara dik it-tbissima sabiħa tiegħek nerġa’. Il-ħajja ma baqgħetx l-istess mingħajrek, ma. Int ħallejt spazju fi qlubna li ħadd ma jista’ jerġa’ jimla.”
Żied jgħid, “Jien, marti Romina u iż-żewġ subien tagħna, Jurgen u Sergei, nimmissjawk iżjed milli l-kliem qatt jistgħu jesprimu. L-imħabba tiegħek u l-memorji sbieħ dejjem se jibqgħu ħajjin fina. Nittamaw li qed tistrieħ fil-paċi fis-sema, tħares lejna u tieħu ħsiebna kuljum. Strieħ fil-paċi, sabiħa ommi. Sakemm nerġgħu niltaqgħuż inġorruk fi qlubna għal dejjem.”
Nagħtu l-kondoljanzi tagħna. Tistrieħ fis-sliem u l-paċi.
Facebook / Karl Bonaci II