“Sena Sħiħa Mingħajrek, It-Tifla Prezzjuża Tagħna” – Il-Ġenituri Ta’ Tessa

Il-ġenituri ta’ Tessa, fuq il-paġna Together For Tessa, b’qalb miksura kitbu li ħallietna l-għażiża bintom bħal-lum sena ilu. Huma ddedikawlha kelmtejn li jfakkru l-imħabba profonda ta’ ġenituri li ma tmut qatt u l-uġigħ li qed jesperjenzaw.

Huma kitbu, “Sena sħiħa mingħajrek, it-tifla prezzjuża tagħna. Bħala ġenituri, b’xi mod insibu s-saħħa nqumu, naffaċċjaw kull ġurnata u nkomplu ngħixu… imma kif? Kif inkomplu meta qlubna miksurin biċċiet? Id-dinja tkompli ddur, jiem ikomplu jduru, imma parti minna telqet miegħek dik il-ġurnata.”

Spjegaw li jridu jitgħallmu jgħixu bl-uġigħ li qatt mhu se jitlaq.

Temmew kliemhom, “Nimmissjaw leħnek, it-tbissima tiegħek, it-tgħanniq tiegħek u kull ħaġa żgħira dwarek. Dejjem tibqa’ t-tifla tagħna, il-farfett sabiħ tagħna. Sakemm nerġgħu nżommuk. Inħobbuk ħafna għal dejjem.”

Tistrieħ fis-sliem u l-paċi. Tibqa’ fi qlubna għal dejjem.

Ritratt:

Facebook / Together for Tessa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI