“Ħolma Li Saret Realtà! Din Kienet Għal Malta!” – L-Atleta Fabio Spiteri

Fabio Spiteri

L-atleta Malti Fabio Spiteri ħabbar li rebaħ il-kompetizzjoni Deca Taiwan, u ddeskriva din il-kisba bħala ħolma li saret realtà.

F’messaġġ fuq Facebook, Fabio ddedika r-rebħa lil Malta, filwaqt li qasam id-dettalji tal-isfida li kellu. Huwa rnexxielu jlesti 38 kilometru għawm fi 13-il siegħa, 1,800 kilometru bir-rota f’110 sigħat u 422 kilometru ġiri f’105 sigħat.

Fabio temm il-kompetizzjoni fl-ewwel post ġenerali, filwaqt li stabbilixxa rekord tal-korsa fit-Tajwan u rekord nazzjonali. Il-ħin totali tiegħu kien ta’ 229 siegħa u 38 minuta.

Fil-messaġġ tiegħu, huwa esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal din il-kisba u temm b’messaġġ bi mħabba lejn pajjiżu.

"Ħolma li saret realtà! Din kienet għal Malta!" kiteb fl-aħħar tal-messaġġ.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI