Il-paġna St. Julian's Malta qasmet ritratt ta' bust li nħoloq b'tifkira tal-mibki Ġużi Tanti, li llum propju jaħbat jum twelidu.
"Illum infakkru l-memorja ta' Ġużi Tanti li twieled fit-18 ta' Novembru 1918 u miet fil-21 ta' Novembru 1990. Ġużi Tanti kien il-fundatur u mexxej tal-Balluta Water Polo Club li twaqqaf fl-1949," tikteb il-paġna.
Lura fit-30 ta' Diċembru 2018 ġie inawgurat bust mill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan b'tifkira ta' Ġużi, sewwa sew faċċata ta' St Julian's Aquatic Sports Club. Dan il-bust kien xogħol ta' Antoine Hili.
Il-paġna qasmet ritratt tal-imsemmi bust.