“Qed nibni żewġ ħolmiet f'daqqa.” B’dawn il-kelmiet, Leanne Bartolo fetħet messaġġ li qasmet fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook, fejn tkellmet dwar żewġ ħolmiet importanti li bħalissa huma l-iktar żewġ prijoritajiet importanti fil-ħajja tal-atleta.
“One growing inside me, the other coming to life around me,” kitbet Leanne, b’referenza għat-tarbija li qed tistenna u għal ħolma oħra li bħalissa qed issir realtà.
Fil-messaġġ tagħha, hija spjegat li ż-żewġ ħolmiet huma mibnija fuq ħafna mħabba, sagrifiċċju u determinazzjoni. Għad li l-messaġġ mhuwiex wieħed dettaljat, il-qarrej jista' faċilment jifhem li bla dubju jirrifletti l-emozzjonijiet wara dan il-perjodu speċjali f’ħajjitha.
Għalkemm fil-kitba għad ma speċifikatx eżattament x’inhi t-tieni ħolma, il-messaġġ jagħtina ħjiel ta’ żmien mimli bidliet u tama għall-futur. Nawguraw lil Leanne ħafna ferħ għal dan il-kapitlu ġdid u tant sabiħ!
Facebook/ Leanne Bartolo