L-Assoċjazzjoni għall-annimali abbandunati (AAA) xerrdet l-istorja ta' Kikka, kelba żgħira li nstabet fit-triq f’kundizzjoni li kienet teħtieġ attenzjoni veterinarja urġenti.
Skont l-għaqda, Kikka nġabret mis-servizzi tal-Animal Welfare b’għajn minnhom imweġġgħa u bl-oħra f’kundizzjoni serja ħafna. Wara li ttieħdet għand veterinarju, kellha titneħħielha l-għajn li kienet qed toħroġ minn postha. Wara dan kollu, il-kelba ingħatat il-mediċina u ttieħdet mal-ewwel għand AAA biex tingħata l-kura u l-attenzjoni meħtieġa matul l-irkupru tagħha.
F'din l-istorja ta' qsim il-qalb, l-għaqda esprimiet ukoll ir-riflessjoni tagħha dwar il-kundizzjoni li fiha nstabet Kikka. Sostniet li l-ġrieħi jindikaw problema li, fil-fehma tagħha, ma żviluppatx mil-lum għal għada. Madankollu, il-kawża preċiża tal-ġrieħi ma ġietx stabbilita fil-post ippubblikat.
Minkejja dak li għaddiet minnu Kikka, l-AAA qalet li wara l-operazzjoni irnexxielha tiekol porzjon tajjeb tal-ikel. L-għaqda rringrazzjat lill-Animal Welfare u lil dawk kollha li jagħmlu ħilithom sabiex ikomplu jgħinu lill-annimali fil-bżonn.
Nawguraw lil Kikka rkupru tajjeb u ħafna kura u mħabba fil-jiem li ġejjin.
Facebook/ AAA